Friday 21 December 2012

L-Aħħar jum ta' Ħajti (jew l-Intermission fiċ-Ċinema)


Kont għadni bil-kemm stejqirt meta ġiet Miriam bit-tripod ta’ Andy. Ftit minuti wara tfaċċa Johnny biex jassistini fil-filming. Irringrazzjajt l’Alla ta’ kemm dejjem sibtu l’John. F’ħajti ftit ltqajt ma nies bħalu.

Jaslu Andy u ħuh u b’ħafna daħk u għaraq grazzi għar-redheads, irnexxielna nlestu wkoll. Naprezza ħafna wkoll il-paċenjza li jieħu bija Andy! U mhux ta’ darba w’tnejn biss!

Waslet Christa u għenitni niżbarazza dak kollu li ili nipprokrastina ġimgħat sħaħ. Qlajt il-posters li waħħalt mal-ħitan tal-istudju għall-filming u l-bluteg qalagħli ż-żebgħa b’kollox f’xi nħawi. Ma jimpurtax, mhux se nikkoppa. Id-dinja kellha tisplodi llum hekk jew hekk.

Kif għandek tqatta’ l-aħħar siegħat ta’ ħajtek? Ittajjar il-punti kollha minn fuq il-bucket list? Tiġbed minn sigarru fin taħt l-istilel f’xi bajja ramlija? Tintefa’ fuq il-bejt tfittex il-ħliel ta-ġamar tal-ħaġar spazjali immirat għal rasek bħal fil-film Armageddon? Titgaħffeġ taħt xi par żejżiet għarqana? Iżżebbeġ il-kuruna tar-rużarju f’xi kappella mwarrba?

Jien għażilt li ngħaddi l-lejl it-tokis ma Christa. Rajna The Hobbit.  In 3D eh, mhux ċajt! Riċentament, l-intermissions saru jtuni f’għajni sew, speċjalment meta lekċerer partikolari spjegali li din m’hix prattika mondjali imma iktar ħaġa redikola li ssir lokalment biss. Irriċerkajt iktar fuq dan il-fatt, u sibt li kellu raġun. Infatti, wieħed mill-aħħar films ‘mainstream’ li kien intenzjonat li jkollu  intermission kien Ghandi, fl-’82!

U iktar ma naħseb fiha, iktar ma tagħmilx sens. Direttur ikun ilu jagħġen il-film l-isbaħ siegħa. Ikun ilu jifforma l-istorja u jgħin l-udjenza tibni s-suspension of disbelief, biex il-projector tintefa’ ħesrem u jiġi Fr.Christmas jistaqsi what he can buy for Moira, kif ġara llum.

Gandalf u Elrond jisparixxu
Żagħżugħ inkazzat bil-qiegħda fej Christa: Whadde fock! What’s happenin?! (panick mode)
Jien: It’s the intermission…
Nkazzat: Intermission?! That’s bollocks innit?!
Jien: Where are you from?
Nkazzat: England
Jien: Don’t you have intermission there?
Nkazzat ħafn’ iktar: ‘Course not! I did not pay to watch bloody adverts! Can I get a refund for this? How long will this be going on?

Ma kienx qed jiċċajta. Vera kien inkazzat.

Il-film spiċċa, sfortuantament. Baqgħali sena oħra biex nara tlett siegħat oħra nani jimxu. U sentejn oħra, iktar mixi sakemm jaslu fuq il-muntanja. Eh bilħaqq. Le, ma baqgħali xejn. Id-dinja tispiċċa llum. X’tagħmel!

Wara l-film ma kellix iktar x’nagħmel, ħlief nistenna d-dinja tispiċċa. Allura wassalt il-Christa u rħejtilha sad-dar. Rasi ttektek wara l-operazzjoni li għamilt din il-ġimgħa stess biex neħħejt in-nevus sebaceous li kienet il-partner ta’ ħajti fit-tajjeb u l-ħażin kollu minn qabel rajt id-dawl tad-dinja. Ħah, issa kelli nneħħiha. Fl-aħħar ġimgħa ta’ ħajti. Tgħid kienet worth it? Li nqatta l-aħħar lejl muġugħ u rieqed fuq naħa waħda? 

Imma issa ħallina minn dan. Kien jum sabiħ. Jekk xejn, li ħdimt ma’ Johnny w’ma Andy llum, diġa biżżejjed. U qattajt l-għaxija ma’ Christa. Mela li kelli nagħmel għall-lum lest. Issa jekk id-dinja trid tispiċċa, m’iniex se nkun jien li noġġezzjona hux.

Imma la ma spiċċatx s'issa, nofsillejl nieqes kwart....ejja ngħidu li ma tispiċċax. Mil-lum il-hemm, extra time. Forsi, nerġa nittanta nipprova nkun tifel aħjar. Għalissa anyway.

No comments:

Post a Comment